L-ewwel edizzjoni ta’ “Il-Venda tal-Fjuri” b’riklam għal Destiny

Għal ewwel darba qed naraw il-Venda l-Antika miksija b’tapit ta’ l’fuq minn 25 elf pjanta tal-fjuri, b’tema kurrenti l-Eurovision u l-kantanta bravissima Destiny Chukunyere .

Dawn il-fjuri fi tmiem din il-ġimgħa ser jibdew jitħawlu fil-ġonna u l-ġardini li nsibu f’Ħaż-Żabbar. Il-Kunsill Lokali irid jirringrazzja lic-Chairman tal-VCA Jason Micallef u tim tiegħu, lil Events Director tal-MTA Lionel Gerada u tim tieghu, lil Kumpanija ELC, lil Kumpanija tal-Karnival Żabbarija Dream team carnival u lil Voluntiera kollha li għenu biex dan kollhu jkun possibli.

Is-Sindku Żabbari għalaq jawgura kull suċċess lil Destiny għal din l-esperjenza tagħha f’Rotterdam fl-Olanda.

Share With: