L-avvenelament tal-Carbon Monoxide

Minn Dr. Georgiana Farrugia Bonnici BSc (Hons) Rad, M.D. MSc F.M.

Il-carbon monoxide huwa gass bla kulur u bla riħa li jista’ jiġi ffurmat bil-ħruq ta’ gażolina, injam, propan, faħam jew karburanti oħra.Tagħmir jew magni li jaħarqu l-fjuwil, bħal heaters tal-gass, grills, fireplaces, generators, fran u magni tal-karozzi, waqt li jkunu vventilati b’mod ħażin, partikolarment fi spazji magħluqa, jistgħu jippermettu li l-Carbon Monoxide li jidħol fid-demm, jakkumula għal livelli perikolużi. 

L-avvelenament mill-carbon monoxide huwa meqjus bħala emerġenza medika li tista tkun ta’ periklu għall-ħajja umana. Hekk kif il-ġisem jibda jissostitwixxi l-ossiġnu ġewwa ċ-ċelloli ħomor tad-demm bil-carbon monoxide, ħsara serja fil-qalb jew fil-moħħ, korriment tal-fetu jew saħansitra mewt jistgħu jseħħu.”

Is-sinjali ta’ twissija ta’ avvelenament bil-carbon monoxide jistgħu jkunu sottili ħafna u ma jiġux osservati. Dawn jistgħu jinkludu uġigħ ta’ ras, dgħufija, sturdament, dardir jew irremettar, qtugħ ta’ nifs, konfużjoni, vista mċajpra, uġigħ fis-sider u eventwalment li wieħed jintilef minn sensih.

L-espożizzjoni għall-Carbon Monoxide tista’ tkun iktar perikoluża fil-fetu, fit-tfal, fl-adulti anzjani, f’dawk li għandhom mard kroniku tal-qalb, kif ukoll f’dawk li jintilfu minn sensihom għal perjodu twil jew li jkunu reqdin waqt l-espożizzjoni għall-Carbon Monoxide.

Sabiex tiġi mminimizzata l-ħsara mill-avvelenament tal-Carbon Monoxide, wieħed jista’ faċilment jinstalla detectors apposta fl-uffiċini u fid-djar, jiftaħ il-bibien kollha tal-garaxx u idealment juża apparati li jaħarqu l-fjuwil biss meta xi ħadd ikun imqajjem biex jissorveljahom. Dan importanti li jsir f’postijiet fejn ikun hemm bibien jew twieqi miftuħa biżżejjed biex jipprovdu arja friska rikka fl-ossiġnu biex tgħaddi mill-kmamar. 

Aqra aktar fuq is-saħħa ħolistika billi żżur il-paġna ta’ Facebook:

×Be Holistically Healthy, MD×

Share With: