“L-akbar kritika li għandu l-gvern hu li għalih iż-żgħir hu bla valur” – Edwin Vassallo

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fl-intervent tiegħu fil-Parlament dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji qal li l-akbar kritika li għandu l-gvern hu li għalih iż-żgħir hu bla valur. 

Qal li “immur f’żoni fejn jaħdmu negozji żgħar u jgħiduli li ħadd ma jmur iżurhom. Żort iż-żona industrijali fil-Mosta, u naf li l-Ministru Dalli taf sew din iż-żona għax ftit bogħod minn fejn joqogħdu l-ġenituri tagħha”. Hawn qam battibekk, b’Edwin Vassallo instema jgħid li “mingħalija li qed nitkellmu biex nagħmlu l-ġid, mela ħa nindirizza lilek u ngħid li żort żona industrijali fil-Mosta.”

Tenna li “hu tajjeb li l-gvern għen lin-negozji imma hawn oħrajn li ma ħadux għajnuna u rridu nitkellmu dwarhom dawn. Għal kumpaniji hemm l-għajnuna, imma l-intrapriżi żgħar ridu nieħdu ħsibhom iżjed. Sabiħ tgħin lill-kbir imma importanti li tgħin liż-żgħir ukoll”.

Share With: