Kważi 185,000 ċitazzjoni fuq parkeġġ ħażin f’sena u tliet xhur

Bejn Jannar 2020 u Marzu 2021 ingħataw 184,507 ċitazzjonijiet fuq parkeġġ ħażin.

Fl-istess perjodu, ingħataw 35,602 ċitazzjoni minħabba liċenzja mhux imħallsa/mwaħħla, 374 ċitazzjoni fuq ħmieġ (littering) u 244 oħra fuq duħħan li joħroġ mill-pajp tal-exhaust. 

Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazjonali u l-Infurza tal-Liġi Byron Camilleri li qal dan meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista David Thake. 

Share With: