Kumitat Eżekuttiv tal-MFA: Jintlaħaq qbil għall-framework regolatorju bejn il-clubs tal-Kampjonat Premier u ċ-Challenge League

Għall-ewwel darba, ġie miftiehem Memorandum of Understanding (MoU) bejn l-MFA u l-clubs tal-Kampjonat Premier u ċ-Challenge League li jiġbor flimkien f’dokument wieħed numru ta’ prinċipji u inċentivi applikabbli għaż-żewġ diviżjonijiet ewlenin. Dan il-ftehim qed jistabbilixxi għanijiet u aspettattivi reċiproċi mill-partijiet kollha involuti.

L-MoU għandu tul ta’ staġun u jmiss aspetti ta’ rilevanza diretta għall-clubs bħal ftehim dwar id-dati ewlenin tal-kalendarju tal-istaġun u aċċess għal numru ta’ skemi ta’ appoġġ li ġew ikkonfermati mill-ġdid.

L-implimentazzjoni tal-Pot tal-Iżvilupp b’pagamenti ta’ inċentiv miżjuda hija karatteristika ewlenija. L-iskema hija mmirata biex tappoġġja l-użu ta’ players żgħażagħ billi tippremja l-clubs tagħhom għal kull dehra mat-team tal-kbar tagħhom.

Inizjattiva ġdida hija l-estensjoni tal-kopertura tal-assigurazzjoni tal-grupp kollu ta’ players li jiffurmaw parti mit-Team Nazzjonali biex ikopru mhux biss injuries mġarrba waqt impenji internazzjonali iżda wkoll f’livell ta’ club.

L-Assoċjazzjoni qed tmexxi wkoll il-Proġett ta’ Żvilupp tal-Elite Players tagħha, u tipprovdi programm ta’ taħriġ individwali għal 30 player li huma parti mit-timijiet Nazzjonali taż-żgħażagħ.

Il-clubs tal-Premier u ċ-Challenge League se jkomplu jiġu megħjuna finanzjarjament fejn jimpjegaw amministratur kwalifikat. L-appoġġ żdied għall-clubs li jagħżlu li jimpjegaw tali amministratur fuq bażi full-time.

Għall-ewwel darba, il-clubs se jkunu qed jirċievu għotja nominali għal kull player li jissejjaħ mat-Team Nazzjonali tal-Irġiel ‘A’. Il-clubs se jkunu qed jirrilaxxaw players bħal dawn qabel id-dati internazzjonali stabbiliti tal-FIFA waqt it-twieqi internazzjonali. Dan jippermetti lit-Team Nazzjonali jħejji lilu nnifsu aħjar għall-impenji internazzjonali li qed jiżdiedu.

Players tat-Team Nazzjonali taż-Żgħażagħ u programmi ta’ żvilupp jidhru wkoll f’dan il-ftehim, li jipprovdu għall-possibbiltà li jsiru sessjonijiet ta’ taħriġ għall-players tat-Team Nazzjonali fis-settur taż-żgħażagħ, kif ukoll fi ħdan iċ-Ċentri Reġjonali tal-Football imwaqqfa mill-ġdid mill-Fondazzjoni “Inħobb il-Futbol” .

Qafas Regolatorju Sportiv

Sadanittant il-qafas regolatorju sportiv miftiehem se jkun rifless f’regolamenti ġodda li se jiġu proposti għall-approvazzjoni tal-Kunsill.

Il-clubs tal-Kampjonat Premier għandhom jibagħtu lista ta’ skwadri ta’ massimu ta’ 25 player professjonali fil-bidu tal-istaġun.

Bidla sinjifikanti għall-Kampjonat Premier mill-istaġun li ġej hija li l-match sheet se tiġi estiża minn 18 għal 20 player, b’disa’ players li ma jkunux home grown ​​jitħallew fuq il-match sheet, bl-għadd massimu ta’ players li mhumiex home grown ​​fil-ground jibqa’ sebgħa bħal fl-istaġuni preċedenti.

Il-Kumitat Eżekuttiv approva wkoll id-deċiżjoni li tingħalaq il-Pixxina tal-MFA, bil-president tal-Malta FA Bjorn Vassallo jsostni li l-faċilità mhix finanzjarjament vijabbli biex iżżomm l-Assoċjazzjoni, partikolarment wara l-isfidi ffaċċjati matul il-pandemija u minflok qed jiġi propost kunċett ġdid li huwa kummerċjalment vijabbli.

Share With: