Jum l-omm: Apprezzament li jiġġedded minn sena għal sena

Ritratti: Roger Azzopardi

L-omm hija l-unika persuna li ġġorrok għal disa’ xhur fil-ġuf, tliet snin fi ħdanha u għal dejjem f’qalbha.

Din hija frażi li kemm-il darba smajniha iżda llum tikseb sentiment aktar importanti. Dan hekk kif illum qed jiġi ċċelebrat Jum l-Omm.

Forsi din is-sena l-pandemija tal-Covid-19 jaf toħloq tip ta’ ostaklu biex persuni jiltaqgħu ma’ ommhom, iżda l-imħabba tal-omm ma’ taf l-ebda ostaklu.

Ħarsa lejn it-toroq f’dawn l-aħħar jiem, wieħed seta’ jinnota diversi bejjiegħa tal-fjuri, kartolini u xi rigali oħra. 

Fl-istess waqt, ħafna ommijiet jistqarru li filwaqt li huwa sabiħ li jirċievu xi ħaġa żgħira, għalihom l-aktar importanti huwa l-ħin flimkien ma’ uliedhom u anke sempliċement passiġġata tagħmilhom kuntenti.

Din is-sena hemm ulied li forsi dan il-jum se jqanqal fihom diversi emozzjonijiet fosthom ta’ niket. Dan hekk kif jista’ jkun li għall-ewwel darba se jqattgħu dan il-Jum mingħajr ommhom forsi għax il-pandemija kienet kifra biżżejjed biex firdithom.

Share With: