Jindarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza f’Birkirkara

Raġel ta’ 21 sena residenti Birkirkara sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-1.15a.m. fi Triq il-Karmnu, Birkirkara.

Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlu l-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li l-ġuvni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, Mazda Demio, u laqat żewġ vetturi tal-għamla Suzuki Swift u Toyota Vitz li kienu pparkjati fl-imsemmija triq.

Ix-xufiet ingħata l-assistenza medika fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Share With: