Jindarab gravi f’inċident tat-traffiku fil-Fgura

Raġel indarab gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6.30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Hompesch fil-Fgura.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti ż-Żejtun u karozza Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 59 sena mill-Fgura.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lis-sewwieq tal-mutur sakemm dan seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin. 

Share With: