Jaslu f’pajjiżna ż-żewġ opri tal-baħar tal-fast ferry

F’Malta waslu l-opri tal-baħar tal-fast ferry li se jibdew jaqsmu bejn il-Port tal-Imġarr f’Għawdex għall-Belt Valletta mill-ewwel ta’ Ġunju li ġej. 

Il-Ħamis filgħaxija setgħu jiġu nnutati dawn iż-żewġ opri tal-baħar deħlin fil-Fil-Port il-Kbir.

Din l-aħbar ġabet ir-reazzjoni wkoll tal-Ministru għat-Trasport Ian Borg kif ukoll tal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, li t-tnejn li huma qalu kif permezz tal-fast ferry żdiedet il-konnetività bejn iż-żewġ gżejjer.

Dan il-vjaġġ bejn iż-żewġ gżejjer u stmat li se jieħu madwar 45 minuta.

Share With: