Jammetti li seraq minn pastizzerija

Kevin Borg ta’ 41 sena minn Ħal Għaxaq tressaq fil-Qorti fejn ammetta li wettaq hold-up f’pastizzerija.

Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda, għall-ħabta tat-3.15 p.m. fi Triq it-Tumbrellu, Ħal Għaxaq. 

Borg, li kien armat b’mus, daħal fil-ħanut, li dak il-ħin kien hemm impjegata, tfajla ta’ 19-il sena u talabha l-flus. 

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat kellu problema ta’ droga għal numru ta’ snin, irnexxielu jieqaf is-sena l-oħra, iżda mbagħad reġa’ waqa’ fil-vizzju. Żied jingħad li waqt is-serqa, huwa talab skuża lill-vittma u wegħedha li se jħallasha lura.

L-imputat wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh, u mistenni jingħata s-sentenza fl-10 ta’ Mejju li ġej. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Janetta Grixti. L-Avukat Ramon Bonnett Sladden deher għal Borg.

Share With: