It-tilqima ma tagħmilx ħsara fuq persuna li tirriżulta pożittiva wara l-ewwel doża

Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet mill-ġurnalisti, il-Professur Charmaine Gauci spjegat dwar ċirkostanzi ta’ persuni li jirriżultaw pożittivi qrib il-jum li fih jingħataw it-tilqima.

Gauci qalet li minn studji xjentifiċi li saru rriżulta li ma hemm l-ebda impatt negattiv fuq il-persuna li tirriżulta pożittiva u li tingħata t-tilqima. Persuna pożittiva tkun qiegħda diġà tibda tibni l-immunità u permezz tat-tilqima l-pazjent ikompli jżid l-immunità.

Hija kkonfermat li meta jkollok persuna li tkun pożittiva u jkun imissha t-tieni doża, din tingħata wara erba’ ġimgħat mill-ġurnata li fiha tkun irriżultat pożittiva.

Tard ilbieraħ filgħaxija ġiet konfermata l-aħbar li mart il-Prim Ministru kienet irriżultat pożittiva għall-Covid-19. Ftit sigħat qabel din l-aħbar, Lydia Abela ngħatat l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-Covid-19.

Share With: