Irreġistra għal Tallinja Card ġdida u tirċievi €10 fi kredit b’xejn

Offerta applikabbli għall-klijenti l-ġodda kollha li jirreġistraw għal Tallinja Card f’Mejju u jużawha biex iħallsu vjaġġ wieħed fuq is-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex f’Ġunju

Mill-1 ta’ Ġunju 2021, kull min għanduTallinja Card se jkun jista’ jħallas għall-vjaġġi fuq is-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex bit-Tallinja Card u jibbenefika wkoll minn nollijiet imraħħsa. Malta Public Transport qed tingħaqad ma’ Gozo Fast Ferry u Virtu Ferries Gozo biex toffri soluzzjoni ta’ ħlas sigur u bla kuntatt għal dawk in-nies li jivvjaġġaw bejn il-gżejjer.

Matul ix-xahar ta’ Mejju 2021, il-klijenti kollha li jirreġistraw għal Tallinja Card personalizzata ġdida jirċievu €10 fi kreditu b’xejn awtomatikament, jekk iħallsu għal kwalunkwe vjaġġ bil-fast ferry bejn Malta u Għawdex matul Ġunju permezz tat-Tallinja Card. Il-kreditu b’xejn ta’ €10 se jiżdied fit-Tallinja Card ta’ dawk kollha li jikkwalifikaw għal din l-offerta f’Lulju, u dan jista’ jintuża fuq il-mezzi ta’ trasport kollha li huma integrati fit-Tallinja Card, inklużi l-karozzi tal-linja, is-servizz ta’ Valletta ferries, is-servizz ta’ fast ferries bejn Malta u Għawdex, u Tallinja Bike.

“Għandna pjaċir inħabbru din il-kollaborazzjoni ma’ Gozo Fast Ferry u Virtu Ferries Gozo, li se tipprovdi lill-passiġġieri esperjenza ta’ vjaġġ verament bla xkiel,” qal Daniel Grech, Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport. “Wara s-suċċess tal-integrazzjoni tat-Tallinja Card ma’ diversi mezzi ta’ trasport, il-konnessjoni għal klienti tagħna mas-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex kien pass naturali. Permezz taż-żieda ta’ aktar servizzi fit-Tallinja Card, qed nuru l-impenn tagħna li nagħmlu l-ivvjaġġar aktar faċli billi nappoġġjaw mezzi differenti ta’ trasport alternattiv. “

Aktar minn 340,000 klijent diġà jgawdu l-benefiċċji tat-Tallinja Card, li li kellha effett pożittiv ħafna fuq is-servizz tat-trasport pubbliku. Dawk kollha li gġandhom Tallinja Card jistgħu jimmaniġġjaw il-kont tagħhom direttament permezz tat-Tallinja App biex jiċċekkjaw il-bilanċ, iżidu l-fondi, jirrevedu l-infiq tagħhom u jibbukkjaw is-servizz tat-trasport pubbliku On-Demand.

L-offerta ta’ €10 fi kreditu b’xejn tinkoraġġixxi reġistrazzjonijiet ġodda hekk kif ikollna t-tnedija tas-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex. Il-proċess ta’ reġistrazzjoni jsegwi erba’ passi faċli u jista’ jsir online fuq: https://www.publictransport.com.mt/mt/register-now

Share With: