Iridu li jakkużawha bi qtil tar-raġel wara li qagħdet bilqiegħda fuq għonqu fi ġlieda bejniethom

Każ mhux tas-soltu seħħ fir-Russja meta mara spiċċat qatlet lil żewha wara ġlieda li kellhom bejniethom. Huma jidher li kienu ilhom ammont ta’ ħin sew jixorbu meta għal xi raġuni inqala’ argument bejniethom. Il-mara, li tiżen aktar minn 100 kilo, poġġiet fuq għonqu u fgatu.

Tatyana O, ta’ 46 sena, jidher li ma riditx tqum min fuq ir-raġel qabel jiskuża ruħu. Kienet il-bint li sabet lil missierha wiċċu l-isfel fuq is-sodda u immedjatament talbet l-għajnuna tal-ġirien. Huma kienu jgħixu fil-belt ta’ Novokużnetsk. Ir-raġel ġie dikjarat mejjet fuq il-post. 

Minn testijiet li saru irriżulta li Aidar miet kawża ta’ ‘Asphyxia’, jiġifieri imblokk tas-sistema respiratorja. Irriżulta li r-raġel inżamm wiċċu mas-saqqu, bil-mara bilqiegħda fjuqu u b’saqajha iżżommu milli jiċċaqlaq.

Min naħa tagħha, Tatyana qalet li għamlet hekk biex tikkalmah wara li kienu ilhom ammont ta’ ħin jixorbu. 

Jidher li Tatyana instabet ħatja ta’ qtil b’negliġenza. L-akkużi ta’ qtil twaqqgħu.  Hi ingħatat sentenza ta’ 18-il xahar ta’ xogħol korrettitv u ordnata tħallas $3,600 f’danni morali. 

Kumitat investigattiv issa qed jitlob li jinħarġu akkużi ġodda ta’ qtil. Il-kumitat qed jgħid li meta rat li r-raġel ma kien qed juri ebda sinjali t’a ħajja, hi beżgħet, bdiet tgħajjat ‘qum qum”.

Share With: