Installati speed cameras ġodda fi Triq il-Kosta

Ritratti: Roger Azzopardi

Dawk li kienu għaddejjin minn Triq il-Kosta direzzjoni lejn Buġibba setgħu jinnotaw li aktar kmieni llum ġew installati żewġ speed cameras. Jidher li dawn mistennija jibdew joperaw fil-jiem li ġejjin.

Aktar kmieni din is-sena, l-Aġenzija għall-Infurzar Lokali ħabbret li se jkunu qed jiġu installati erba’ speed cameras ġodda fi Triq il-Kosta; tnejn fuq kull naħa. F’Marzu li għadda kienu diġà tpoġġew is-sinjali fejn se jkunu qed jitpoġġew il-kameras wara li Transport Malta approvat il-pjan.

Triq il-Kosta hija triq assoċjata ma’ diversi inċidenti tat-traffiku li raw lil sewwieqa jindarbu jew saħansitra jitilfu ħajjithom.

Share With: