Il-Pulizija Ingliża tinvestiga dwar “ċajta” fuq ċinju

Ċajta nieqsa minn kull forma ta’ ħsieb wasslet biex ċinju spiċċa b’kalzetta mdeffsa f’rasu għal perjodu ta’ ħin fl-Ingilterra.

Il-Pulizija sabu ċ-ċinju fi Triq Coulson f’Lincoln u skont l-istħarriġ illi sar jidher li l-każ kien wieħed intenzjonat. Dan minħabba li l-kalzetta kienet issikkata u mniżżla sew mal-għonq tat-tajra.

L-Ispettur Kate Burris kkummentat b’rabta ma’ dan il-każ ta’ moħqrija u spjegat li dan l-atteġġjament seta’ wassal biex it-tajra tmut issofri l-ġuħ jew bi qtugħ ta’ nifs.

Filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet biex jinstab min hu responsabbli, persuna li tinsab ħatja ta’ dan l-att tista’ teħel sa sitt xhur ħabs u/jew multa llimitata.

Share With: