Il-PM jitlaqqam bl-ewwel doża u jappella biex min jista’ jieħu t-tilqima

Kif kien imħabbar, illum kien imiss lill-Prim Ministru Robert Abela biex jirċievi l-ewwel doża tat-tilqima kontra l-Covid-19.

Filwaqt li għamel dan, il-Prim Ministru appella biex kull min jista’, għandu jieħu t-tilqima. Dan għaliex, fi kliemu, biha nistgħu nattakkaw il-virus biex nipproteġu lil xulxin u nkunu nistgħu nkomplu nħarsu ‘l quddiem.

Huma temm b’ringrazzjament lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha li qegħdin jaħdmu fiċ-ċentrri tal-vaċċinazzjoni għas-servizz eċċellenti.

Il-proċess tat-tilqim f’Malta għaddej b’rittmu tajjeb hekk kif diġà hemm parti sostanzjalii mill-popolazzjoni mlaqqma. Fil-fatt, skont ċifri li ppubblikaw l-awtoritajiet tas-saħħa, sal-bieraħ ingħataw 341,909 doża tat-tilqima, b’108,716 minnhom ħadu t-tieni doża.

Intant, kif kien imħabbar, min għada jistgħu jirreġistraw biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19 dawk ta’ tletin sena jew aktar.

Share With: