Il-PM ikompli bil-ħidma tiegħu b’mod virtwali

Il-Prim Ministru Robert Abela pparteċipa b’mod virtwali f’laqgħa li saret bejn il-gvern u l-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija, flimkien mal-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri.

Matul dan id-djalogu ġie diskuss il-mod  kif pajjiżna, f’mument fejn id-dinja ffaċċjat pandemija,  sostna u għadu qed isostni lin-negozji u lill-ħaddiema. Dan fi sfond ta’ ekonomija b’saħħitha u riżultat tal-impenn konġunt bejn il-gvern u l-komunità kummerċjali għall-ftuħ b’mod gradwali u bi pjan imfassal, li serva ta’ gwida kontinwa għas-settur, b’mod partikolari dwar il-benefiċċji disponibbli.

Ġiet diskussa wkoll l-importanza li jinżamm id-djalogu b’saħħtu bejn il-gvern u l-Kamra tal-Kummerċ fuq it-twettiq ta’ pjan b’saħħtu ta’ rkupru ekonomiku.

Waqt din il-laqgħa l-Prim Ministru Abela u l-Ministru Schembri ġew introdotti mal-Bord il-ġdid tat-tmexxija tal-Kamra Maltija tal-Kummerċ u ġew ippreżentati bil-prijoritajiet għax-xhur li ġejjin.

Preżenti għal laqgħa kien hemm id-Deputat President Christopher Vassallo Cesareo, il-Viċi Presidenti Nicholas Xuereb u Liz Barbaro Sant, l-Uffiċjali Norman Aquilina, Mark Bajada u Ian Casolani, kif ukoll il-Kap Eżekuttiv Dr Marthese Portelli.

Share With: