Il-PM fi kwarantina wara li martu tirriżulta pożittiva għall-Covid-19

Il-Prim Ministru Robert Abela għadu kif ħabbar li beda josserva perjodu ta’ kwarantina wara li martu Dr Lydia Abela rriżultat pożittiva għall-Covid-19. Dan wara test li għamlet minħabba impenji li kellha fil-jiem li ġejjin.

Huwa qal li martu tinsab tajba u ma kellha u m’għandha l-ebda sintomi. Żied jgħid li t-testijiet tiegħu u ta’ Giorgia Mae rriżultaw fin-negattiv.

Temm jgħid li bis-saħħa tat-teknoloġija se jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu, inkluż b’laqgħat importanti li għandu fil-jiem li ġejjin.

Share With: