Il-każi attivi taħt il-200 wara disa’ xhur

Minn total ta’ 2,170 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw ħames każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna filwaqt li fiequ 17-il persuna oħra. B’hekk il-każijiet attivi naqsu għal 192.

In-numru tal-vittmi baqa’ ta’ 417 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet rreġistrata l-ebda mewt. Dan ifisser li pajjiżna ma rreġistra l-ebda mewt għall-ħames jum konsekuttiv.

Intant l-istrateġija tal-għoti tat-tilqima kontra l-Covid-19 baqa’ għaddej b’rittmu tajjeb hekk kif sal-bieraħ b’kollox ingħataw 392,929 doża. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li minn dawn 268,118 -il persuna ħadu l-ewwel doża filwaqt li 127,255 persuna huma mlaqqma wkoll bit-tieni doża.

Din hija l-ewwel darba f’perjodu ta’ disa’ xhur li l-ammont ta’ każi attivi jinsab taħt il-200.

Share With: