Il-każi attivi jitilgħu bi ftit fl-aħħar 24 siegħa

Il-każi attivi telgħu bi ftit għal 280 hekk kif minn 1,550 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 35 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, filwaqt li rkupraw 16-il persuna. 

In-numru tal-vittmi baqa’ ta’ 416 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt kaġun tal-virus.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 341,909 doża tal-vaċċin, b’108,716 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Share With: