Iċ-ċelebrazzjonijiet interni tal-festi se jsiru fid-dati tagħhom skont il-miżuri tas-saħħa

Fi stqarrija, il-Kurja qalet li ċ-ċelebrazzjonijiet interni tal-festi, se jkunu jistgħu jsiru fid-dati tagħhom iżda skont il-miżuri kontra l-COVID-19 hekk kif maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Aktar minn hekk, il-Kurja qalet li l-festi esterni li torganizza l-knisja, jiġifieri l-purċissjonijiet “isiru biss jekk, fejn u meta l-Awtoritajiet tas-Saħħa jawtorizzawhom bħala attivitajiet permessi.”

Share With: