Hospice Malta torganizza fun run virtwali b’risq St Michael Hospice

Għin lil Hospice Malta tibqa’ toffri kura paljattiva b’xejn f’Malta 

Hospice Malta qed torganizza l-ewwel fun run virtwali tagħha bl-isem ta’ Sunflower Fun Run, bil-għan li tkompli tiġbor il-flus li jmorru biex jitkompla u jasal fi tmiemu x-xogħol li qed isir fuq il-proġett St Michael Hospice. Il-fun run virtwali se tkun qed issir bejn l-4 u s-7 ta’ Ġunju. Il-pubbliku qed ikun inkoraġġut biex jitrekkja, jiġri jew jimxi flimkien ma’ ħbieb jew qraba, fi gruppi li ma jaqbżux l-għadd permissibbli mil-liġi.

Hospice Malta saħansitra offriet diversi rotot li wieħed jista’ juża biex jipparteċipa.

Hospice Malta pprovdiet għażliet għal tlielaq 10K u anke ta’ fun run jew mixja 10K, 5K u 2K. Ir-rotot huma mqassmin madwar Malta u jinkludu lokalitajiet bħal Tas-Sliema, Ħad-Dingli, San Pawl il-Baħar, Ta’ Qali, il-Belt Valletta, iż-Żonqor, it-Torri l-Aħmar u l-Ġnejna. Madanakollu, dawk li jixtiequ joħolqu r-rotta tagħhom, jistgħu jagħmlu dan ukoll.

Irreġistra u pparteċipa billi ssegwi tliet passi:

1. Irreġistra permezz ta’ donazzjoni.

2. Ikkrea r-rotta tiegħek jew inkella uża waħda mir-rotot provduti li jinkludu: tellieqa 10K u fun run jew mixja ta’ 10K, 5K jew 2K.

3. Imxi mal-protokolli kollha relatati mal-Covid-19, partikolarment fejn jidħol l-għadd ta’ persuni li se jkunu qed jipparteċipaw f’din l-attività miegħek.

Dawk li jagħżlu t-tellieqa ta’ 10K se jintlaqbu biex jixħtu l-link tat-tracker li jużaw għall-ġirja fuq l-Event Page ta’ Hospice Malta https://www.facebook.com/events/1461092854250275 sa nofsillejl tas-7 ta’ Ġunju 2021. Il-parteċipanti l-oħrajn kollha qed jintalbu biex itellgħu r-ritratti u l-filmati tagħhom fuq Facebook u jittaggjaw lil @hospicemalta.org filwaqt li jużaw il-hashtag #HospiceMaltaFunRun2021.

Il-parteċipanti kollha ser jirċievu ċertifikat diġitali permezz ta’ email u se jkunu mistiedna biex jiġbru l-midalja tagħhom mingħand Hospice Malta. Se jingħataw ukoll trofej lil dawk li jiġu fl-ewwel post fit-tellieqa 10K f’dawn il-kategoriji: Nisa taħt il-50 sena, Nisa ‘l fuq minn 50 sena, Irġiel taħt il-50 sena u Rġiel ‘il fuq minn 50 sena.

Dan l-avveniment ideali għall-familji qed ikun organizzat f’isem il-kura paljattiva b’xejn f’Malta, bid-dħul mid-donazzjonijiet imur lejn il-proġett St Michael Hospice. Din il-binja li qed tiġi rinovata se tibda tospita s-servizzi kollha ta’ Hospice Malta u mistennija tkompli ssaħħaħ il-kura paljattiva f’Malta li ilha offruta minn Hospice mill-1989. St Michael Hospice se jospità In-Patient palliative care unit li se tikkomplimenta s-servizzi l-oħrajn kollha. Intant, is-servizzi ta’ terapija kurrenti se jkompli jissaħħu u se jkunu introdotti wkoll kliniċi Out-Patient.

St Michael Hospice se jkun qed isaħħaħ ukoll il-qasam edukattiv tiegħu billi jiftaħ diversi opportunitajiet biex Hospices madwar l-Ewropa u ‘l barra jkunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom flimkien.

Għal aktar informazzjoni, żur https://hospicemalta.org/funrun2021/

Share With: