Ħarġa ta’ bolli tal-Pustaġġ “Endangered National Wildlife of Malta”

Fit-12 ta’ Mejju 2021, MaltaPost se tingħaqad mal-amministrazzjonijiet postali Ewropej bil-ħruġ ta’ sett ta’ bolli filateliċi bit-tema “Endangered National Wildlife of Malta”.

Il-bolli tal-Ewropa jenfasizzaw il-koperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet postali Ewropej u jfittxu li jippromwovu l-filatelija u jibnu għarfien tal-miri komuni, għeruq, kultura u l- istorja tal-Ewropa.

Dil- ħarġa ta’ bolli tikkonsisti f’żewġ bolli, l-ewwel bolla turi ritratt tal-Kamaleonte. It-tieni bolla turi ritratt taż-Żrinġ.

Is-sett se jinħareġ f’folji ta’ ħdax -il bolla. Kull bolla hija ta’ daqs 44mm x 31mm, b’perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0 (comb.) u l-folja hija ta’ daqs 150mm x 158mm. Il-bolli ġew stampati b’watermark tas-Salib ta’ Malta u Printex Limited ipproduċa dan is-sett b’metodu offset. Il-ħarġa tikkonsisti f’44,000 bolla tad- €0.59 u 46,200 bolla taż- €2.00. Dan is-sett ġie ddisinjat mill-MaltaPost fuq fotografija ta’ Sean Dingli

Il-Bolla tad- €0.59 se tkun imdaħħla fil-kompetizzjoni għall-isbaħ bolla fl-Ewropa. Din hi kompetizzjoni annwali fejn xogħol kreattiv minn madwar l-Ewropa kollha jikkompeti għall-aħjar disinn. Aħna nistidnuk taraw dawn il-bolli sbieħ filwaqt li nħeġġu il-poplu Malti sabiex jivvota għal-Bolla ta’ Malta fuq http://www.posteurop.org/europa2021.

Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat tal-MaltaPost f’ Malta u Għawdex minn nhar il-Erbgħa 12 ta’ Mejju 2021. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq www.maltaphilately.com jew bilposta mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 -Telephone 2596 1740 – e-mail: info@maltaphilately.com

Share With: