Għexieren ta’ nies nieqsa wara li dgħajsa b’madwar 200 passiġġier għerqet fin-Niġerja

Ritratt: Gettyimages

Għexieren ta’ nies ġew nieqsa u issa hemm il-biża’ li mietu wara li dgħajsa li kienet qed iġġorr madwar 200 passiġġier inqasmet fi tnejn u għerqet fi xmara.

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u tfal li kienu qed jivvjaġġaw mill-istat tan-Niġer għall-istat ġar ta’ Kebbi.

Rapporti jgħidu li mill-inqas 20 persuna ġew salvati, bl-awtoritajiet jgħidu li l-kawża tal-inċident setgħet kienet minħabba li d-dgħajsa kienet mgħobbija żżejjed.

Għadd ta’ għaddasa u ħaddiema tal-emerġenza kienu qed jippruvaw isalvaw lill-oħrajn mix-xmara Niġer.

Il-President Muhammadu Buhari ddeskriva l-inċident bħala “devastanti”, u offra l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi.

Share With: