Ftit aktar każi ġodda minn fejqan

Il-każi attivi telgħu bi ftit għal 288 hekk kif minn 1,636 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien hemm 27 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19, filwaqt li rkupraw 19-il persuna. 

In-numru tal-vittmi baqa’ ta’ 416 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt kaġun tal-virus.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li sal-bieraħ ġew amministrati 346,951 doża tal-vaċċin, b’109,933 persuna jirċievu wkoll it-tieni doża.

Share With: