Florian Neuhaus fir-radar ta’ Liverpool

Il-midfielder ta’ Borussia Monchengladbach, Florian Neuhaus, jixtieq jingħaqad ma’ Liverpool fis-sajf li ġej.

Ir-Reds se jkunu fis-suq għall-midfielder ċentrali ġdid minħabba li jidher dejjem aktar probabbli li Georginio Wijnaldum jitlaq lill-club meta jiskadi l-kuntratt tiegħu f’Ġunju.

Neuhaus esprima x-xewqa tiegħu li jitlaq mill-club tal-Bundesliga u ‘qalbu tinsab’ miexja lejn Anfield fis-sajf.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena huwa mifhum li għandu klawsola ta’ release ta’ £34.8m fil-kuntratt tiegħu, għalkemm Liverpool jivvalutaw lill-midfielder għal madwar £25m.

Jingħad li Jurgen Klopp huwa ammiratur tal-kompatrijott tiegħu u jemmen li għandu l-attributi kollha biex jaħdem tajjeb fis-sistema tiegħu ta’ Gegenpress.

Neuhaus għamel 42 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għal Monchengladbach s’issa f’dan l-istaġun, fejn skorja seba’ goals u pprovda tmien assists.

Share With: