Fil-ħlewwa ta’ Mejju, l-omm tagħna Marija

… kienet tidher differenti milli naħsbu

Minn – ANTHEA CACHIA

Hemm diversi rakkonti dwar kif kienet tidher omm Alla, il-Madonna. Biss, jidher li l-apparenza tagħha tvarja, minn rakkont għall-ieħor. Dawn l-aħħar xhur kien hemm diversi nies fuq il-midja soċjali li saħqu li l-madonna kienet tidher ferm differenti minn kif ġiet deskritta, lil hinn minn ħwejjeġ magħmluha minn materjali li jsiwew il-flus u ġilda ċara. Ħafna staqsew il-mistoqsija, li jekk il-mod ta’ kif kienet deskritta hux kawża  ta’ aġenda ‘razzjali’, dan minħabba l-fatt li Marija, kienet l-oppost ta’ kif ħafna minnha naħsbu li tidher.

L-ewwel deskrizzjonijiet

Epifaniju, Arċipriet ta’ Ċipru fir-raba’ seklu, illum iddikkjarat qaddis, ipprovda waħda mill-ewwel deskrizzjonijiet fiżiċi tal-Madonna. Huwa sostna li l-Madonna kellha wiċċ ‘twil’, xagħar kannella ċar, ġilda ċara, għajnejn ta’ lewn kannella ċar u idejn u swaba’ twal. 

Fis-seklu 14, il-qaddisa Bridget tal-Iżvezja iddeskriviet ‘viżjoni’ tat-twelid ta’ Ġesu Kristu u aċċennat għal fatt li kellha xagħar lewn id-deħeb fuq spallejha. Meta hija tgħid li dehrilha Ġesu, huwa spjegalha kif xagħrha kien bħal “raġġi tax-xemx” minħabba l-verġinità pura tagħha. Minn naħa l-oħra il-Qaddisa Anne Catherine Emmmerich kienet tgħid li l-Madonna kellha wiċċha delikat b’xagħar ħamrani.

Allura, kif kienet tidher propjament?

Storikament, il-folja inqalbet kompletament. Marija, twieldet f’Nazzaret, villaġġ li fih kien hemm inqas minn 400 persuna. Hemm ċans li isimha seta’ kien Miriam jew Maryamme. Dan propju għaliex dan iż-żmien l-isem kien popolari, tant li waħda minn kull tlett ibniet li kienu jitwieldu kienu jsemmuhom proprju hekk.

Minkejja li m’għandiex deskrizzjoni preċiża ta’ kif tidher, tfajliet ta’ l-istess etajiet tagħha minn l-istess raħal u pajjiż kienu samranin, qosra b’xarhom iswed tuta, bil-ferq fin-nofs li aktarx kien miżbuħ aħmar jew vjola.

L-ilbies

Mara Ludija fl-ewwel seklu fil-Palestina kienet meqjusa li kienet ċittadina tat-tieni klassi. Għaldaqstant, huwa kwa żi mpossibbli li tfajla żagħżugħa ta’ dik il-klassi, kienet tilbes ilbies magħmul mill-ħarir, tal-kulur blu.

Id-Dott. Miriam Peskowitz, studjuża tal-istorja tisħaq li, “mhijiex daqstant komuni l-Marija kienet tilbes ilbies tal-ħarir, blu, meta naraw l-ilbies tradizzjonali ta’ dak iż-żmien.”

Share With: