Miriam Dalli

Fi ftit xhur il-Malta Enterprise approvat 66 proġett ta’ Investiment Dirett Barrani b’investiment ta’ €100 miljun

Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ħabbret fil-Parlament li mill-bidu tal-2020 sal-ġurnata tal-lum, il-Gvern permezz tal-Malta Enterprise, irnexxielu jattira lejn Malta 47 proġett ta’ investiment barrani dirett ġdid li se jfissru €77 miljun f’kapital li se jkun qed jitħaddem f’Malta u potenzjal ġdid ta’ impjiegi ta’ 1,022 ħaddiem.

Dan apparti li fl-istess perjodu kien hemm 19-il kumpanija diġa’ bbażata f’Malta bħala Investiment Dirett Barrani (FDI) li daħlu għal proġett ta’ espansjoni. Proġetti li se jkunu qed iħaddmu 462 impjegat ieħor b’total ta’ €22 miljun oħra investiti minn dawn il-kumpaniji. 

“Dan ifisser li f’inqas minn sena u nofs tal-pandemija, il-ME approvat xejn inqas minn 66 proġett minn FDIs għal investiment ta’ €100 miljun minn kumpaniji privati li se joħolqu 1,500 impjieg ġdid,” qalet il-Ministru Dalli. 

Share With: