F’erba’ snin kważi 40,200 mara daħlu fid-dinja tax-xogħol

In-numru ta’ nisa li sabu impjieg bejn Jannar tal-2017 u Settembru tal-2020 kien dak ta’ 40,167. Dawn kienu jinkludu nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u dawk li reġgħu rritornaw fid-dinja tax-xogħol.

Fl-imsemmi perjodu, 27,249 mara kienu impjegati fuq bażi full-time mentri l-kumplament (12,918) kienu impjegati fuq bażi part-time. Dawk li jaħdmu fis-settur privat kienu jammontaw għal 38,164 u kien hemm 2,003 jaħdmu fis-settur pubbliku.

Dwar f’liema oqsma tas-settur pubbliku qegħdin jaħdmu n-nisa li sabu impjieg, wieħed isib li l-maġġor parti daħlu jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika segwiti mis-settur edukattiv, is-saħħa u s-soċjal.

Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana fi tweġiba għal mistoqsija li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. 

Share With: