Euronews isemmi lil Għawdex fost l-aktar ġżejjer “eċċezzjonali” fl-Ewropa

Is-sit internazzjonali Euronews semma l-gżira Għawdxija bħala waħda mill-isbaħ gżejjer li t-turist għandu jżur dan is-sajf. Filwaqt li jiddeskrivi l-gżira bħala “eċċezzjonali”, is-sit qiegħed jippromwovieha bħala l-post ideali għal dawk li qed jippjanaw għall-btala tagħhom tas-sajf. 

Il-Euronews jelenka numru ta’ attrazzjonijiet li wieħed jista’ jara fil-gżira fejn fost affarijiet oħra t-turist jista’ iżur postijiet b’arkitettura Barokka. Is-sit internazzjonali jsemmi kif f’Għawdex issib ikel bnin bħalma huma l-ħobż, iż-żejt taż-żebbuġa u nbejjed. Intqal ukoll kif il-gżira Għawdxija hija popolari fost il-bugħaddasa, hekk kif hemm diversi għerien x’wieħed jiskopri.

Fost gżejjer oħra li semma dan is-sit internazzjonali hemm gżejjer fil-Kroazja, fl-Iskozja, fi Spanja u fi Franza.

Share With: