Eritrean jinqabad b’€10,450 mhux iddikjarati

Uffiċjali tad-Dwana mit-Tim kontra l-ħasil tal-flus interċettaw aktar minn €10,400 fi flus kontanti mhux iddikjarati li kienu fuq passiġġier mill-Eritrea.

L-uffiċjali tad-Dwana avviċinaw lil dan il-passiġġieir, li kien sejjer lejn is-Sudan permezz ta’ titjira minn Istanbul u ġie skortat lejn l-uffiċċji tagħhom għal spezzjoni.

Fi stqarrija, intqal li l-uffiċjali ma kinux konvinti bl-ammont ta’ flus li huwa ddikjara, u wara tfittxija fil-bagalja tiegħu rriżulta li kien hemm aktar flus moħbija.

Minkejja li l-passiġġier mill-Eritrea fid-dikjarazzjoni oriġinali tiegħu qal li ma kellux aktar minn €8,000, minn tfittxijiet li saru l-uffiċjali tad-Dwana sabu €10,450.

Il-passiġġier qabel li jħallas il-multa fuq il-post u wara tħalla jivvjaġġa.

Matul din is-sena biss, it-Tim tad-Dwana Kontra l-Ħasil ​​tal-Flus skopra 17-il każ ta’ flus mhux iddikjarati li jammontaw għal € 263,397.

Share With: