Erba’ persuni l-isptar wara ħabta l-Qrendi

Erba’ persuni spiċċaw l-isptar wara li kienu involuti f’aċċident fil-Qrendi. L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Wied iż-Żurrieq.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi lil Isuzu TFS li kien misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti Birkirkara u Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi. Fil-vettura kien hemm ukoll tliet ġuvintur ta’ 17-il sena residenti Ħal Qormi.

Ix-xufier u l-passiġġeri fil-Mazda ngħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u minn membri tal-Protezzjoni Ċivili u wara ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard wieħed mill-passiġġieri ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ passiġġieri l-oħrajn sofrew ġrieħi gravi. Il-kundizzjoni tas-sewwieq għadha mhix magħrufa.

Share With: