Emendi fil-Liġi jwasslu għall-konfiskazzjoni ta’ €15,320 fuq il-Katamaran

Uffiċjali tad-Dwana ikkonfiskaw €15,320, liema flus instabu ġewwa vettura b’żewġ passiġġiera Taljani ġewwa fiha ftit qabel ma telaw abbord il-katamaran fi triqtu lejn Sqallija. Dan ġara meta l-Uffiċjali tad-Dwana staqsew lit-Taljani jekk għandhomx x’jiddikjaraw b’dawn iwieġbu fin-negattiv. Meta l-passiġġiera ġew mistoqsija jekk kellhomx flus fil-pussess tagħhom, huma wieġbuhom illi wieħed kellu €6,000 filwaqt illi l-ieħor kellu €35.

Wara spezzjoni fil-vettura u kif ukoll fil-bagalji tal-passiġġiera, l-Uffiċċjali sabu iżjed flus milli dawk li ġew iddikjarati, b’uħud mill-flus jinstabu taħt is-seats tal-vettura.

Id-Dwana ta’ Malta stqarret illi din kienet l-ewwel darba illi ġew infurzati l-emendi riċenti fil-liġi, liema emendi jawtorizzaw lill-Uffiċċjali tagħha jikkonfiskaw flejjes meta jkun hemm suspett li dawn jistaw ikunu konnessi ma’ attivitajiet kriminali, u dan irrelevanti kemm ikun l-ammont tal-flus.

Share With: