Dr Lydia Abela tirċievi l-ewwel doża tal-vaċċin u tħeġġeġ lil ħaddieħor biex jirreġistra

Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, hija qalet li tinsab kburija li dan il-pajjiż kiseb dożi għal kulħadd u qed ilaqqam bl-aqwa rata fl-Ewropa.

Żiedet tgħid li tinsab konvinta li dan il-proċess se jwassal għal żmien isbaħ u aħjar.

Fl-aħħar nett hija ħeġġet lil kull min għandu ‘l fuq minn 30 sena biex jirreġistra fuq vaccin.gov.mt biex fi ftit jiem ikun tlaqqam u jibda jipproteġi lilu nnifsu u lil ta’ madwaru.

Share With: