Donald Trump iniedi “pjattaforma ta’ komunikazzjoni” fuq l-internet

L-eks President Amerikan Don­ald Trump nieda sit ġdid “ta’ ko­munikazzjoni” fuq l­-internet li fuqu se jkun qiegħed jiġi ppubblikat materjal “dirett minn fuq l-­iskrivani­ja” tal­-eks President. 

Trump kien ġie pprojbit minn fuq Twitter filwaqt li l­-kontijiet tiegħu fuq Facebook u YouTube kienu ġew sospiżi wkoll wara l­-irvellijiet ta’ Cap­itol f’Jannar li għadda. 

Minn dakinhar ’il hawn l­-eks Pres­ident kien qiegħed joħroġ stqarrijiet permezz ta’ press releases, iżda issa hu se jkun jista’ joħroġ stqarrijiet per­mezz ta’ dan is-­sit. L­-utenti tas­-sit se jkunu jistgħu jxerrdu dak ippubblikat fuq il­-kontijiet tagħhom ta’ Twitter u Facebook.

Din l­-aħbar ħarġet ġurnata biss qabel li l­-bord ta’ Facebook kel­lu jiltaqa’ biex jiddiskuti dwar jekk iwaqqafx b’mod permanenti l­-kont ta’ Trump. F’Marzu li għadda Jason Miller, li hu l­-konsulent ewlieni ta’ Trump, kien qal li l­-eks President kien se jkun qiegħed iniedi pjattaforma ta’ midja soċjali ġdida. Huwa kien qal li “din il­-pjattaforma se tkun kbira.” Ġara iżda li nhar it­-Tlieta li għaddiet, Miller kien kiteb fuq twitter li l­-web­ site mhix se tkun pjattaforma ta’ midja soċjali kif kien intqal fil­-bidu. 

Share With: