Covid-19: Ikomplu jonqsu l-każi attivi

Minn total ta’ 1,971 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa, irriżultaw disa’ każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna filwaqt li fiequ 29 persuni oħra. B’dan il-mod, il-każijiet attivi bħalissa huma ta’ 260.

In-numru tal-vittmi baqa’ ta’ 416 hekk kif għar-raba’ jum konsekuttiv ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.

Intant, l-għoti tat-tilqim baqa’ għaddej b’rittmu tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 359,429 doża tat-tilqima kontra l-Covid-19 fejn minnhom 112,731 ħadu t-tieni doża.

Share With: