Covid-19: Erba’ każi ġodda u jfiqu 15-il persuna oħra

Fl-aġġornament ta’ kuljum maħruġ mill-Awtorità tas-Saħħa, fl-aħħar 24 siegħa nstabu erba’ każi ta’ COVID-19 minn 1,541 swab tests. Fl-istess waqt fiqu 15-il persuna biex issa l-każi attivi niżlu għal 147 każ.

Fl-aħħar 24 siegħa ma kienet iddikjarat l-ebda mewta biex b’hekk it-total ta’ dawk li mietu s’issa baqa’ ta’ 417.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ingħataw total ta’ 424,325 dożi. Minn dawn 284,395 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 143,487 persuna huma mlaqqma bit-tieni doża.

Pajjiżna jinsab fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-Covid-19, bl-aħħar statistika turi li sirna l-aktar pajjiż imlaqqam fid-dinja.

Mil-lum kull min għandu ‘l fuq minn 16-il sena jista’ jirreġistra biex jieħu t-tilqima.

Share With: