“Chircop qatt ma ġera warajja għas-€600,000” – L-eks Direttur ta’ More Supermarket

Kompliet tinstema’ il-kumpilazzjoni kontra l-aħwa Adrian u Robert Agius magħrufa bħala Ta’ Maksar, Jamie Vella u George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop.

Fost ix-xhieda li ssejħu biex jixhdu kien hemm Etienne Cassar, sales representative u eks Direttur ta’ More Supermarket. Huwa ddeskriva kif wieħed mill-aħwa Agius kien xtara maħżen mingħand il-kumpanija għall-operazzjonijiet ta’ More Supermarket. 

Fil-Qorti ħareġ li filwaqt li Chircop ma kienx involut direttament fil-bejgħ, huwa kellu ftehim ta’ konvenju fuq il-maħżen, u ried li Cassar jieħu f’idejh dan il-ftehim. Intqal li Chircop ried €600,000 għall-maħżen, iżda s-somma ta’ flus qatt ma tħallset.

Intqal ukoll li ġiet iffirmata garanzija, b’Adrian Agius iressaq xi assi personali b’rabta mal-ftehim. Wieħed mill-partijiet involuti, Ryan Schembri kien ħarab minn Malta wara li ġie stabbilit dan il-ftehim. Skont Cassar, Chircop qatt ma ġera warajh fuq id-dejn. 

Il-każ ikompli. 

Share With: