Borussia Dortmund inaqqsu l-prezz ta’ Jadon Sancho għal ftit inqas minn £80 miljun

Borussia Dortmund naqqsu l-prezz mitlub tagħhom għall-attakkant Jadon Sancho għal ftit inqas minn £80 miljun.

Numru ta’ clubs tal-Premier League tpoġġew fuq allert aħmar il-ġimgħa li għaddiet wara li ħareġ li Dortmund kienu laħqu ftehim ma’ Sancho – sinjal li trasferiment jista’ jkun possibbli fis-sajf.

U issa, Sancho se jkun disponibbli għal bejn £74 – 78m fi spinta kbira għall-clubs li jinsabu interessati fl-akkwist tiegħu.

Wara li Michael Zorc, id-direttur sportiv ta’ Dortmund, żvela li ‘ċerti kundizzjonijiet’ se jkunu qed iwasslu biex Sancho jħallu l-club, sar dejjem aktar probabbli li jkun hu, aktar milli Erling Haaland, li jfittex esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu.

L-aċċettazzjoni li l-internazzjonali Ingliż Sancho jista’ jitlaq saret mill-club tiegħu s-sena l-oħra bis-somma tat-trasferiment iżda dehret li ma setgħetx tintlaħaq minn bosta clubs.

Dortmund huma sodi li kwalunkwe offerta għal Sancho trid tiġi ppreżentata fi żmien xieraq, u tippermettielhom li jkunu diġá sabub sostitut għalih.

L-attentati pubbliċizzati sew ta’ Manchester United biex jattiraw lil Sancho lejn Old Trafford is-sajf li għadda naqsu b’Dortmund jimponu skadenza biex jagħlqu n-negozjati u mbagħad, meta ma ntlaħaqx ftehim, irrifjutaw li jbiegħuh.

Il-prezz il-ġdid mitlub għal Sancho, intant, huwa tnaqqis drastiku miċ-ċifra li Dortmund kienu qed jitolbu qabel il-bidu tal-istaġun.

Manchester United kienu rrifjutaw li jonoraw iċ-ċifra ta’ £110 miljun meħtieġa biex jiffirmaw lil Sancho minkejja li l-ftehim kien jidher bħallikieku kien se jaqbeż il-linja f’diversi okkażjonijiet.

Imma issa, huwa maħsub li l-ġerarkija ta’ Dortmund qablu li offerta ta’ madwar £80m tkun aċċettabbli.

Liverpool huwa club ieħor li kien marbut ma’ Sancho, għalkemm wieħed għad irid jara jekk humiex lesti li jħallsi ammonti kbar ta’ flus għas-servizzi tiegħu.

Rapporti qalu reċentement li l-manager tar-Reds Jurgen Klopp jista’ jipprova jagħmel offerta għal Sancho jekk Mohamed Salah jitlaq minn Anfield fiż-żmien li ġej.

Share With: