Arrestat b’rabta ma’ hold-up f’Ħal Għaxaq

Investigazzjoni konġunta bejn il-Pulizija tad-Distrett taż-Żejtun u tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, waslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 41 sena, li allegatament wettaq hold-up f’pastizzerija fi Triq Tumbarellu, Ħal Għaxaq.

Il-każ seħħ nhar it-Tnejn illi għadda, meta għall-ħabta tat-3:15 p.m, raġel armat b’mus, daħal fil-ħanut, li dak il-ħin kien hemm impjegata, tfajla ta’ 19- il sena u talabha l-flus.

Minn aktar stħarriġ, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegat ħalliel, fejn dan ġie arrestat ilbieraħ wara nofsinhar minn residenza f’Ħal Għaxaq.

Huwa qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana, fejn mistenni jitressaq il-Qorti llum għal xi nofsinhar quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima. Il-Prosekuzzjoni se titmexxa mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Janetta Grixti.

Share With: