Aktar minn 1,000 multa f’ġimgħa dwar ksur ta’ regoli tal-Covid-19

Reġgħu qabżu l-elf il-persuni mmultati f’ġimgħa waħda għax m’osservawx ir-regoli marbuta mal-Covid-19. B’kollox ingħataw 1,058 multa f’ġimgħa.

Fost dawk immultati kien hemm 799 persuna li ma kinux lebsin il-maskra u 160 fi gruppi ta’ iktar minn erba’ persuni.

L-awtoritajiet qalu wkoll li kien hemm każ ta’ ksur tar-regoli ta’ avvenimenti tal-massa u 83 persuna li kienu qed jiksru r-regoli ta’ kemm jistgħu jinġabru persuni f’residenza waħda.

Apparti minn hekk ingħataw tmien multi b’rabta ma’ ksur ta’ regoli għall-istabbilimenti filwaqt li seba’ persuni kisru r-regoli ta’ kwarantina.

L-awtoritajiet qalu li l-messaġġ hu ċar ħafna, dak li filwaqt li jiġu rilaxxati l-miżuri u nattakkaw bil-vaċċin, l-infurzar jibqa’ wieħed b’saħħtu.

Share With: