Aġġornat:“Biddilt il-libsa u nħossni komda fiha. Wisq inħossni kuntenta”

Filmat: Eurovision Song Contest

Fuq video li tellgħet ftit tal-minuti ilu fuq Instagram wara t-tieni prova tagħha, il-kantanta Destiny qalet li verament ħadet pjaċir u ħassitha li marret ħafna aħjar. Qalet li meta tkun fuq il-palk tħoss sentimenti indeskrivibbli.

Viżibilment kuntenta u emozzjonata, Destiny uriet il-libsa l-ġdida li biha għamlet din il-prova u qalet li tħossha komda ħafna fiha.

Hija rringrazzjat lil kulħadd tas-sapport u l-messaġġi: “Inħobbkom kollha.”

Aktar qabel

Dalgħodu l-kantanta Destiny Chukunyere se tkun qed tagħmel it-tieni prova tagħha ġewwa Rotterdam.

F’post li tellgħet ftit ilu fuq il-midja soċjali, il-kantanta qalet li qed tħossha komda bid-dehra tagħha filwaqt li żvelat libsa ġdida li biha se tkun qed tagħmel l-ewwel prova uffiċjali tagħha.

Għal dan, bosta persuni awgurawlha biex tkompli tagħmel unur lil Malta filwaqt li kien hemm min innota li l-libsa l-ġdida hija mill-isbaħ.

Nhar il-Ħadd li għadda Destiny temmet l-ewwel prova tagħha u qalet li kienet kuntenta ħafna bil-libsa li kienet għażlet. Qalet li finalment qed tħossha kunfidenti u qed temmen fiha nnifisha.

Appellat lin-nisa kollha biex iħososuhom tajjeb kif inhuma u biex jemmnu li huma kollha sbieħ kif inhuma.

Share With: