AĠĠORNAT: MALTA U DESTINY JGĦADDU GĦALL-FINALI TAL-EUROVISION

Ftit tal-ħin ilu, kienet ikkonfermata l-kwalifakzzjoni ta’ Destiny u Malta għall-finali tal-Eurovision li ħa ssir nhar is-Sibt. Destiny serqet il-qlub ta’ ħafna u kompliet tagħmel dan il-lejla wara li tat prestazzjoni impekkabbli u kunfidenti tad-diska Je Ma Casse.

Il-pajjiżi l-oħrajn li għaddew huma, Ażerbajġan, Litwanja, Belġju, Ċipru, Izrael, Svezja, Ukranja, Norveġja u r-Russja

Wirja stupenda minn Destiny fl-ewwel semi finali tal-Eurovision

Il-kantanta Maltija Destiny Chukunyere għadha kemm tat wirja u interpretezzjoni stupenda tad-diska ‘Je Ma Casse’.

Destiny kantat fl-aħħar post fl-ewwel sem-finali tal-Eurovision. Mill-kantanti kollah tal-lejla jridu jgħaddu 10 pajjiżi biex imbagħad jingħaqdu mal-10 pajjiżi l-oħra li se jgħaddu għada, fit-tieni semi finali u mal-big 5. Il-finali ssir is-Sibt.

Aġġornat:

Jingħata bidu għall-Eurovision Song Contest 2021

Wara li sena ilu l-pandemija COVID-19 ma ppermettitx li jsir il-Eurovision, din is-sena għadu kemm ingħata bida għall-Eurovision 2021 li qiegħed isir f’Rotterdam l-Olanda,

Preżenti hemm madwar 3,500 spettatur hekk kid dan l-avveniment jista’ jitqies bħala l-ewwel avveniment tal-massa waqt pandemija.

Share With: