AC Milan mhumiex qed jikkunsidraw li jbiegħu lil Alessio Romagnoli

AC Milan mhumiex qed jikkunsidraw li jbigħu lil Alessio Romagnoli fis-sajf.

Il-captain Rossoneri tħabat għall-ħin ta’ logħob matul dan l-istaġun u fl-aħħar ġimgħat id-difensur ċentrali tpoġġa fuq il-bank minn Stefano Pioli.

Milan huma mistennija li jattivaw l-għażla li jixtru lil Fikayo Tomori mingħand Chelsea għal €28m u huwa mifhum li l-bejgħ ta’ Romagnoli jista’ jgħin biex jiffinanzja l-pass permanenti tad-difensur Ingliż.

Madankollu, iż-żagħżugħ ta’ 26 sena, li lagħab 12-il darba għall-Italja, lest jiġġieled għal postu mar-Rossoneri.

AC Milan jinsabu fit-tielet post fis-Serie A u jekk ir-Rossoneri jikkwalifikaw għaċ-Champions League l-istaġun li ġej, ikunu jeħtieġu mill-inqas tliet difensuri ċentrali tal-ogħla livell.

L-ipoteżi tal-bejgħ ta’ Romagnoli għalhekk mhix ikkunsidrata.

Romagnoli lagħab 22 darba fis-Serie A f’dan l-istaġun, iżda huwa mifhum li huwa lest li jaċċetta li jkompli jikkompeti għall-post fil-formazzjoni inizjali.

L-ex difensur ta’ Roma wasal San Siro fl-2015 u lagħab 221 logħba kompetittiva għad-Diavolo. Il-kuntratt tiegħu f’San Siro jiskadi f’Ġunju 2022 u Milan mhumiex qed jikkunsidraw li jħalluh jitlaq fis-sajf.

Share With: