Żieda ta’ aktar minn 50,000 ħaddiem barrani fl-aħħar seba’ snin

Mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rigward jekk jistax jagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ ħaddiema barranin li ħadmu f’Malta kull sena mill-2013, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol ippreżenta l-istatistika li turi żieda kontinwa. 

Skont l-istatistika ppreżentata f’Diċembru tal-2013 kien hawn total ta’ 18,540 ħaddiem barrani, 23,408 ħaddiem barrani fl-2014, 29,145 ħaddiem barrani fl-2015, 35,738 ħaddiem barrani fl-2016, 44,467 ħaddiem barrani fl-2017, 55,571 ħaddiem barrani fl-2018, 67,596 ħaddiem barrani fl-2019 u 69,919 ħaddiem barrani sa Settembru tas-sena 2020.

Dan ifisser li bejn 2013 u l-aħħar ċifri ppubblikati f’Settembru 2020 kien hawn żieda ta’ 51,379 ħaddiem barrani.

Share With: