Żewġ uffiċjali ta’ Progress Press mixlijin bi frodi u ħasil ta’ flus

L-eks-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ Allied Group Michel Rizzo u l-eks-kontrollur finanzjarju Claude Licari ġew mixlijin bi frodi u ħasil ta’ flus.

L-akkużi, li kienu jinkludu wkoll li kospirazzjoni u dikjarazzjonijiet foloz, huma relatati ma’ applikazzjoni għal fondi li saret lil Malta Enterprise. Licari qed jiffaċċja wkoll ksur tal-liġijiet li tirregola l-accountants.

Id-difiża kkontestat l-akkużi mressqin fil-konfront ta’ Rizzo u Licari, bl-avukat Joe Giglio jgħid li ma kien hemm l-ebda evidenza li turi li Rizzo kien ħa fondi, u li l-profil finanzjarju tiegħu huwa impekkabbli.

Iż-żewġ akkużati ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €50,000. Huma ngħataw l-ordni biex ma jersqux lejn l-uffiċini ta’ Progress Press, l-ajruport jew il-kosta.

Il-Qorti ordnat ukoll li jiġu ffriżati l-assi ta’ Progress Press.

L-allegazzjonijiet jkopru bejn l-2013 u Marzu tal-2019, madankollu fil-Qorti ftit li xejn ingħataw dettalji.

Share With: