Yazmin Zammit Stevens tikser żewġ rekords nazzjonali fil-Kampjonati Ewropej f’Moska

Il-weightlifter Maltija, Yazmin Zammit Steven,s rnexxielha tikser żewġ rekords nazzjonali fil-Kampjonati Ewropej li qed isiru f’Moska, ir-Russja.

Zammit Stevens rnexxielha terfa’ 88 kilogrammi fl-isnatch kif ukoll 102 kilogrammi fil-clean and jerk. Il-Maltija rnexxielha tikseb dawn ir-rekords fil-kategorija tal-71 kilogramma minkejja li tmien ġimgħat ilu biss kellha tagħmel operazzjoni f’idha.

Zammit Stevens tingħaqad mal-weightlifter żagħżugħa Tenishia Thornton fejn qed jagħmlu isem għal pajjiżna f’kompetizzjonijiet internazzjonali, hekk kif fl-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet Thornton rnexxielha tikser ħames rekords nazzjonali fil-kategorija tad-49 kilogrammi.

Share With: