Waqt li l-iskejjel magħluqin ix-xogħol ta’ manutenzjoni ma jieqafx

Filwaqt li l-iskejjel huma magħluqin kemm minħabba r-restrizzjonijiet bħala prevenzjoni ta’ tixrid  tal-COVID-19 kif ukoll minħabba l-vaganzi tal-Għid, għaddej xogħol kbir ta’ tisbiħ u manutenzjoni  fl-iskejjel kollha. 

Il-Ministru Justyne Caruana qalet, “matul is-sena kollha hemm grupp dedikat ta’ ħaddiema li jieħdu  ħsieb dan ix-xogħol biex l-ambjent edukattiv dejjem ikompli jitjieb. F’dawn il-jiem ħadna l-okkażjoni  biex ix-xogħol nibqgħu għaddejin bih matul il-ġurnata kollha. Filwaqt li għaddej xogħol kbir ta’  infrastruttura, fosthom il-bini ta’ skejjel ġodda, estenzjonijiet u tisbiħ ieħor, hemm grupp ieħor ta’  ħaddiema li b’impenn jaraw dan li dan ix-xogħol jibqa’ għaddej ukoll.” 

F’dawn il-jiem sar xogħol fl-iskejjel Ta’ Sannat, San Lawrenz, Nadur, Għarb, Rabat, u x-Xewkija, f’Għawdex, fost skejjel oħra. 

Fis-Sannat sar xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ u tbajjdu l-klassijiet kollha tal-kindergarten. F’San  Lawrenz tbajjdu l-klassijiet kollha, u fir-Rabat sar xogħol ta’ tisbiħ fil-klassijiet tal-ewwel sena. Fl Għarb tneħħa madum tal-lastiku biex issa l-art għandha ssir kollha b’turf sintetiku. F’Għajnsielem  ġew installati fannijiet ġodda mas-soqfa fil-klassijiet kollha. 

Xogħol ieħor li sar kien fin-Nadur, fejn sar xogħol ta’ gypsum, filwaqt li fix-Xewkija ġew installati  sinkijiet ġodda fil-klassijiet kollha fl-ewwel sular u qed isir proġett li permezz tiegħu l-faċċata tal palk fis-sala prinċipali se jingħata dehra ġdida. Twaħħlu bibien ġodda f’San Lawrenz u Għajnsielem  u tbajjdu wkoll il-kuriduri ta’ wħud mil-iskejjel. 

Dan huwa biss ftit mix-xogħol ta’ manutenzjoni li dejjem jibqa’ għaddej u li intensifika ruħu meta l iskejjel ingħaqlu permezz ta’ miżuri li kienu mħabbra ftit tal-jiem ilu u wkoll issa li l-iskejjel huma  magħluqin minħabba l-vaganzi tal-Għid. 

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana rringrazzjat lil ħaddiema kollha li għaddejjin b’dan  ix-xogħol li fl-aħħar mill-aħħar se jgawdu minnu l-edukaturi u l-istudenti kollha.

Share With: