Vapur Iranjan fil-Baħar l-Aħmar maħsub li jservi ta’ bażi għall-Gwardji Rivoluzzjonarji jisfa attakkat

Vapur Iranjan maħsub li huwa bażi għall-grupp paramilitari tal-Gwardja Rivoluzzjonarja u li ilu għal snin ankrat fil-Baħar l-Aħmar ’il barra mill-kosta tal-Yemen ġie attakkat. 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Iran kkonferma l-attakk fuq MV Saviz, bl-attakk maħsub li twettaq minn Iżrael. L-attakk żvolġa hekk kif l-Iran u l-qawwiet dinjin jinsabu f’taħditiet li qed jiżvolġu fi Vjenna dwar il-possibbiltà li l-Istati Uniti tingħaqad mill-ġdid fil-ftehim nukleari.

Il-preżenza twila tal-vapur fir-reġjun kienet ripetutament ikkritikat mill-Arabja Sawdija, bil-Punent u n-Nazzjonijiet Uniti jgħidu li l-Iran kien jipprovdi armi u appoġġ lir-ribelli Houthi. L-Iran dejjem ċaħad dawn l-akkużi.

L-Iran kemm-il darba ddeskriva l-MV Saviz bħala li qed jgħid fl-isforzi kontra l-piraterija fiż-żona bejn il-Baħar l-aħmar u l-Istrett ta’ Bab el-Mandeb.

Stqarrija mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Iranjan tiddeskrivi l-vapur bħala vapur kummerċjali.

Share With: