UCL: Kollox għadu inċert bejn Chelsea u Real Madrid

REAL MADRID…………………….. 1

CHELSEA…………………………….. 1

Meta ntlagħab l-ewwel leg tal-ewwel semi-finali tal- UEFA Champions Lea­gue, Real Madrid ospitaw lil Chelsea u temmew fi draw ta’ 1-1.

Minkejja li Chelsea jie­ħ­du magħhom il-vantaġġ tal-goal skorjat barra minn darhom, kollox għadu miftuħ u għaldaqstant it-tieni leg, li se jintlagħab fi Stamford Bridge, għandu jkun wieħed mill-aktar eċċi­t­anti. 

Proprju fl-10 minuta, Chelsea setgħu fetħu l-iskor meta f’kontrattakk veloċi, Christian Pulisic niżżel bir-ras lejn Timo Werner iżda waħdu quddiem Thibaut Courtois ra l-goalkeeper Madrilen jilqa’ b’siequ.

Iżda ħames minuti wara, l-istess Pulisic, permezz ta’ azzjoni personali, poġġa lill- Pensioners fil-vantaġġ.

Fl-24 minuta, Chelsea reġ­għu resqu viċin iżda minn qagħda tajba Ben Chilwell falla l-mira kompletament.

Għal dan in-nuqqas, huma pattew qares għax ħames minuti wara Real kisbu d-draw minn Karim Benzema li kkontrolla b’rasu qabel fajjar volley li spiċċa fis-saqaf tax-xibka.

It-tieni taqsima kienet waħda aktar tattika fejn iż-żewġ timijiet bdew jannullaw lil xulxin bl-attakkant avversarji ma setgħux jimmanuvraw bil-konsegwenza li r-ritmu naqas għal kollox għajr xi kontrattakk iżolat.

Lejn it-tmiem, it-team immexxi mill-coach, Zinedine Zidane, ipprova jżid il-pres­sjoni biex isib dak il-goal tal-vantaġġ iżda Chelsea baqgħu organizzati u dix­xiplinati sas-suffara finali.

Share With: